Raġel mill-Alġerija li kien qed jaħdem fuq bastiment tas-sajd se jinġieb Malta b’ħelikopter wara li kellu bżonn l-għajnuna minħabba ipergliċemija, livell għoli ta’ zokkor fid-demm.
Ir-raġel ta’ 36 sena se jkun qed jiddaħħal Malta u jittieħed l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja
.
.
Hu kien qed jagħmel xogħol fuq bastiment Alġeriż tas-sajd li kien 20 mil nawtiku mil-Lbiċ.