Matul it-tliet xhur tas-sajf huma eluf li jirfsu f’xi waħda mill-bajjiet sbiħ ta’ pajjiżna.
Iżda qatt għadda minn moħħ dawk li jużawhom x’inhi r-raġuni li filgħodu jsibuhom nodfa?
Żgur mhux weħidhom għax waqt li bosta jkunu rashom fuq l-imħadda, il-ħaddiema tat-tindif ikunu jkunu ilhom li bakkru sa mis-sagħtejn ta’ filgħodu biex jibdew inaddfu l-bajjiet biex mat-tokki tas-sebgħa, in-nies li jmorru ġurnata l-baħar isibu bajja nadifa tazza.