Sabiex ikompli fil-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra l-prekarjat l-Gvern issa irid jara li ħaddiema ta’ kuntratturi li jkollhom kuntratturi m’entitajiet fis-settur privat iridu jkunu jgawdu mill-istess paga bażika għall-istess xogħol f’dik l-entità partikolari.
Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li l-Gvern se jkun qed jara li kull min iħaddem josserva l-liġi dwar il-ħlas tal-bolla. Huwa sostna li se jinagħta ċans sabiex kull min iħaddem jiregolarizza ruħu u f’nuqqas ta’ dan il-Gvern se jkun qed jieġu l-passi neċessarji sabiex jiġi salvagwardjat il-ħaddiem.