Aġenziji Amerikani jemmnu li r-Russja ħadmet minn taħt biex Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Dan qaluh uffiċjali Amerikani lil ġurnali.
Skont in-New York Times, dawn l-aġenziji jinsabu kunfidenti ħafna li kien hemm l-indħil tar-Russi. Rapport imħejji mis-CIA u rrapportat fil-Washington Post jgħid l-istess.
Ir-reazzjoni ta’ Trump kienet li dawn huma l-istess nies li kienu jgħidu li Saddam Hussein kellu armi tal-qerda tal-massa. Ir-Russi ċaħdu l-invoviment tagħhom kompletament.
Ilbieraħ il-President Amerikan Barack Obama ordna investigazzjoni dwar serje ta’ cyber attacks waqt il-kampanja elettorali, li kienu immirati lejn il-Partit Demokratiku.