Aktar minn 100 uffiċjal tal-korp tal-pulizija fil-lejl tal-Milied se jkunu fit-toroq tagħna għaddejjin bil-ħidma tagħhom.
Lejlet il-Milied żorna id-depot fejn għall-forzi tal-ordni se jkun jum impenjattiv ieħor.
Minkejja l-preżenza qawwija ta’ pulizija fit-toroq Maltin, fil-kwartieri ġenerali l-attività ma tonqosx.
Fil-control room tal-pulizija flimkien ma’ dik tal-emerġenza s-sejħiet għall-għajnuna ma jonqsux.
L-Ispettur Justin Camilleri ddeskriva din is-sezzjoni bħala l-qalb tal-korp tal-pulizija li ma torqod qatt.
Huwa spjega: “Mal-kollegi tagħna nkunu f’kuntatt dirett u kontinwu. B’diversi modi u mezzi ta’ komunikazzjoni. Ix-xogħol kontinwu u katina. L-info tidħol l-ewwwel imbagħad ninformaw lill-Pulizija fuq barra.”
L-impenji u d-domanda tax-xogħol fl-jiem bħal dawn dejjem jiżdiedu. Huwa sostna: “Inkunu qegħdin nagħmlu xoghol ta prevenzzjoni ukoll. Il-pulizija li jaghmlu xogħol barra u joservaw kemm-il darba jkellmuna biex intuhom xi informazzjoni li nżomm hawnhekk.”
L-Ispettur Camilleri wkoll se jkun ‘il bogħod mill-familja tiegħu f’Jum il-Milied flimkien ma’ mijiet ta’ persuni li jaħdmu fil-forzi tal-ordni. Hu stqarr li għalih “Ifissru sighat twal. Però sigħat twal ta’ dedikazzjoni mill-kollegi tiegħi. Mis-servizzi ta’ emerġenza kollha tal-pajjiż. CPD ambulanza li kollha naħdmu id f’id.”
L-awguri tal-korp tal-pulizija jibqgħu li f’dawn il-jiem ta’ festi kulħadd igawdi u jieħu ħsieb tiegħu u ta’ ħaddieħor sabiex jiġu evitati inċidenti.