Fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra għaddejja ħidma konġunta bejn id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-forzi tal-ordni.
Dan sabiex filwaqt li qed isir it-tindif u l-ħasil tax-xatt li qed isir ta’ kuljum, qed isir ukoll infurzar għal kull min jikser l-ordni tal-indafa jew il-paċi pubblika fl-inħawi msemmija.
Ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fejn spjega kif f’dawn l-aħħar jiem żdiedu r-riżorsi umani f’dawn iż-żoni sabiex tintlaħaq ukoll iż-żona residenzjali b’interventi ta’ tindif addizzjonali flimkien ma’ dak li jagħmel il-Kunsill Lokali.