Rapport annwali tal-FIAU juri kif fis-sena li għaddiet kompliet tiħrax il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja. Din is-sena rat nurmu rekord ta’ rapporti rigward l-attivitajiet suspettużi, b’total ta’ 5,175 rapport. Intbagħtu wkoll 4,535 rapport ta’ intelliġenza lill-awtoritajiet kompetenti, kemm lokalment iżda wkoll lil hinn minn xtutna.
Ir-rapport juri wkoll kif l-FIAU bagħtet 70 rapport analitiku lill-pulizija dwar suspetti raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus u finanzjament ta’ terroriżmu.
Ir-rapport juri wkoll kif matul is-sena l-oħra ġiet imsaħħa s-sistema ta’ teknoloġija avvanzata, li tintuża biex tinġabar u tinżamm informazzjoni fuq ir-riskji. Ġiet introdotta wkoll sistema ġdida sabiex is-sezzjoni tas-supervizzjoni tkun f’pożizzjoni aħjar li tippjana ċ-ċiklu tas-superviżjoni fuq livell ta’ riskju.
Fis-sena 2020 l-FIAU kabbret ukoll in-numru ta’ impjegati minn 70 għal 98. Għal din is-sena hemm il-ħsieb li n-numru ta’ nies jaħdmu f’din l-istituzzjoni jitla’ għal 157.
Fir-rapport ġie rikonoxxut kif dan it-tkabbir fir-riżorsi kien possibli permezz ta’ investiment kbir li sar permezz ta’ €8.5 miljun allokat fil-budget għas-sena li għaddiet.