Nirien li ħakmu kamra tal-ħasil f’Dar tal-Anzjani f’San Pawl il-Baħar involviet lill-istazzjonijiet kollha tal-Protezzjoni Ċivili.
Għalkemm b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd kienet sitwazzjoni xejn faċli fejn riedu jiġu evakwati għexieren ta’ anzjani. Operazzjoni li nvolviet ukoll ċerti problemi ta’ mobbiltà.
Kien għal ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija li madwar mitejn persuna bdew ikunu evakwati minn din id-dar, bl-anzjani jittieħdu għal xi ħin fil-Knisja tal-Qawra.
Dwar kemm kienet biċċa xogħol kumplessa One News tkelllem Emanuel Psaila, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Saħansitra kellhom jissejħu l-protezzjoni ċivili.