Il-konsegwenzi tal-ħerba li seħħet kmieni l-Erbgħa filgħodu meta fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja ta’ Giezu fir-Rabat kompla joħroġ fid-deher kmieni l-Ħamis filgħodu meta tnehha l-membrane minn mas-saqaf – l-uniku materjal li baqa’ ma nizilx mat-terrapien, xorok u travi mnawrin li qerdu għalkollox l-artal fuq il-presbiterju.
Ma’ One News, Patri Martin Coleiro qal li qatt ma’ ħolmu b’din it-traġedja izda ma eskludiex li minn dan kollu l-knisja antika ta’ Ġiezu jkollha wkoll il-koppla tagħha wara mijiet ta’ snin mindu fetħet il-bibien tagħha.