Ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif bħalissa għaddejjin b’ħidma qatigħ sabiex is-sitwazzjoni fl-Għadira tinżamm taħt kontroll.
Dan hekk kif l-irwiefen li ħakmu l-gżejjer Maltin qed jonfħu r-ramel ta’ fuq il-bajja f’nofs tat-triq.
Huma numru ta’ ħaddiema li bħalissa għaddejjin bil-ħidma tagħhom, li għalkemm mhux faċli, qed ineħħu r-ramel li spiċċa fit-triq.