Ir-riżultati fil-qasam turistiku mhux jaslu kumbinazzjoni u m’hemm ebda ħsieb li l-ħidma tikkalma.
Dan kien il-messaġġ meta l-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, żar l-uffiċini l-ġodda tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, wara li ħarġet statistika pożittiva oħra.
Il-Ministru Zammit Lewis innota kif meta wieħed iqabbel sena ma’ sena jara titjib konsiderevoli fil-wasliet ta’ turisti. Iżda, jispikkaw iktar meta mqabbla mar-riżultati fl-aħħar amministrazzjoni.