Fid-diskors tal-Budget tħabbar li matul is-sena li ġejja se ssir ħidma biex jiżdied l-għadd ta’ awli disponibbli billi jiġi konvertit l-ispazju amministrattiv tal-bini prinċipali tal-Qorti.
Se ssir reviżjoni sħiħa tal-proċedura tal-Qorti tal-Familja bil-għan li din il-bidla twassal għal Qorti aktar effettiva u effiċjenti. Barra minn dan, fil-Qorti se tinħoloq sezzjoni ġdida li tispeċjalizza fl-Inkjesti maġisterjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Matul is-sena l-ġdida se jiġi stabbilit ukoll qafas ta’ żmien fiss li fih trid titlesta kumpilazzjoni u jsir żvelar sħiħ tal-provi mill-prosekuzzjoni fil-bidu tal-kumpilazzjoni.