L-Awtorità ta’ Standards għall-Ħarsien Soċjali ppreżentat il-viżjoni tagħha għas-seba’ snin li ġejjin.
Din il-viżjoni strateġika hija bbażata fuq erba’ għanijiet strateġiċi li jwasslu għal wieħed u għoxrin inizjattiva u erbgħa u tmenin miżura.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità Matthew Vella qal li permezz ta’ dan ser tkun qed titnaqqas il-burokrazija.
Qal kif, “Il-viżjoni tagħna kienet li nkreaw djalogu u kollaborazzjoni fil-qasam, djalogu għal min qed jirċievi s-servizz. Aħna inpoġġuh fiċ-ċentru ta’ dawn is-servizzi ridna naraw li l-potenzjal tagħhom ikunu qegħdin jintlaħqu u min qed jagħti s-servizz ikun qed jiġi ispirat. Permezz ta’ miżuri differenti mill-aspett ta’ taħriġ, teknoloġija l-ħsieb huwa li nnaqqsu l-burokrazija u dan qed nagħmluh għaliex il-qasam tal-Ħarsien Soċjali meta nagħmluh flimkien u nilħqu ħafna aktar.”
Ġie spjegat kif dan se jwassal għal ħarsien soċjali inovattiv b’qabżiet kbar lejn l-użu tat-teknoloġija, simplifikazzjoni u awtomazzjoni ta’ proċessi fl-Awtorità.
Din tat tliet mija u sebgħa u erbgħin servizz liċenzjat fosthom fil-qasam tad-diżabilità, vjoleza domestika u anzjani.
Preżenti l-Ministru għall-familja Michael Falzon qal li jemmen illi din il-missjoni, l-awtorità qed twettaqha u dan is-sentiment qed jinħass fis-soċjetà. Saħaq li l-pass li jmiss huwa li jkollna viżjoni strateġika fit-tul, li sservi ta’ pjan u direzzjoni fit-tul għas-servizz soċjali kollha li jiġu offruti.
Spjega li, “Imliet vojt illi kellna illi ma kellnix atoritajiet regolatorja u lanqas awtorità li toħroġ il-liċenzji f’dak li huwa l-qasam tas-servizzi soċjali. Imlejna dak il-vojt u aktar milli imlejna l-vojt il-ħaddiema ta’ din l-awtorità urew ukoll kemm huma reżiljenti.”