Ir-restawr tal-Forti Sant Anġlu kien wieħed li sebbaħ parti oħra tal-ġmiel ta’ port li għandu pajjiżna. Iżda, x-xogħol ma jieqafx mal-inawgurazzjoni.
Minn żmien għal żmien ikun hemm ħtieġa wkoll ta’ tindif, fosthom minn ħaxix ħażin li jitla’ mad-dawra iżda agħar minn hekk mill-ħmieġ li nies irresponsabbi għadhom jitfgħu fejn ġie ġie. Dan wassal biex titkerraħ id-dawra ta’ Sant Anġlu, post li tintlemaħ minnufih minn turisti li jkunu deħlin pajjiżna fuq xi bastiment tal-passiġġieri.
Id-Direttur tad-Dipartiment tad-Direttorat tat-Tindif spjegalna li biex jinġabar il-ħmieġ li hemm f’din iż-żona li tmiss mal-baħar kellu jintuza dinghi biex l-ebda skart ma jaqa u jitħalla fl-ilma.
https://youtu.be/26ctoP9q7Cg