Membri tal-Protezzjoni ċivili jinsabu għadejjin b’ħidma sabiex itellgħu raġel li weħel fuq l-irdum ta’ Wied Babu fiż-Żurrieq.
Minħabba l-għoli ta’ diversi sulari li hawn fiż-żona il-ħaddiema tas-salvataġġ niżlu permezz tal-ħbula fejn assistew lil vittma u għenuh jerġa’ jitla’ fil-livell tat-triq.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel niżel jesplora ż-żona meta għal xi raġuni weħel f’waħda mill-aktar partijiet inaċessibbli tal-wied