Ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni dalgħodu ħadmu qatigħ sabiex inaddfu t-toroq fil-lokalitajiet li ntlaqtu mill-milgħuba li seħħet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Fost il-lokalitajiet milquta kien hemm ix-Xemxija fejn hemm il-ħaddiema daru t-toroq li ntlaqtu minn dan il-fenomenu hekk kif għadd ta’ skart, skuk fost oġġetti oħra nġarru mal-ilma u spiċċaw f’nofs tat-triq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, diversi postijiet fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-pajjiż intlaqtu minn fenomenu naturali, fejn f’mumenti l-livell tal-baħar għola tant li tela’ l-art u kkawża mewġ mhux tas-soltu.
Dan irriżulta sabiex, saħansitra xi vetturi inġarru l-baħar.