Il-Forzi Iraqini bdew bl-operazzjoni tagħhom biex jerġgħu jieħdu taħt idejhom Tal Afar, li hi waħda mill-unika bliet li għadha qed titmexxa mill-Istat Islamiku.
F’diskors, il-Prim Ministru Haider al-Abadi qal li l-jihadists kellhom għażla – “jew iċedu jew imutu.”
L-armata qed tħares lejn Tal Afar issa wara li ħadet taħt idha Mosul. Tal Afar, li l-maġġoranza tal-popolazzjoni hi Shia-Muslim, spiċċat f’id l-IS fl-2014