Il-Ministeru għall-Affarjiet Barranin għaddej b’ħidma intensiva u qed issegwi dak li seħħ f’Nizza, fi Franza, biex ikun verifikat jekk hemmx Matlin vittmi fl-attakk traġiku li seħħew fl-aħħar sigħat.
F’isem il-Gvern Malti, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, George W. Vella, esprima solidarjetà mal-poplu Franċiż, ta l-kondaljanzi lill-vittmi u awgura fejqan ta’ maljar lill-midrubin. Esprima xokk u kkundanna l-attakki li seħħew. Hawnhekk afferma l-impenn li għandha Malta fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu.