Illum komplew is-sessjonijiet ta’ Gvern li Jisma’, bir-raba’ sessjoni kienet indirizzata mill-Ministru għall-Kompetittività u l-Ekonomija Marittima u tas-Servizzi Manuel Mallia.
Huwa spjega kif dan il-Ministeru huwa mutur li qed imexxi l-ekonomija, dan għaliex jgħaqqad il-komponenti kollha li jagħtu l-ispinta biex setturi tant importanti f’pajjiżna jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem fosthom il-komunikazzjoni.
Dan jixhed responsabbiltà għaliex kienet wegħda prominenti fil-manifest elettorali li Malta tkun minn tal-aqwa fil-komunikazzjoni fosthom li Malta tkun wieħed mill-ewwel Wi Fi states.
Rigward is-servizz tal-4G il-Ministru Mallia qal li aktar tard kumpaniji oħra ser ikunu qed joffru dan is-servizz, fejn s’issa Malta qiegħda minn tal-ewwel f’servizzi effiċjenti tal-broadband.
Il-Ministru Mallia saħaq l-importanza tas-settur tal-Gaming qed iħalli l-ġid il dan il-pajjiż fosthom 5,000 impjieg.
Huwa temm jirringrazzja lill-Ministru Chris Cardona u l-Ministru Jose Herrera li mexxew dan id-dekasteru qabel.