Fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League, it-tim tal-Hibernians se jkun qed jilgħab kontra t-tim mill-Estonja, Flora Talinn.
Hibernians jibdew l-esperjenza tagħhom fl-Ewropa, barra minn darhom.
Hibernians se jilagħbu fil-UEFA Champions League minkejja li spiċċaw fit-tieni post tal-Kampjonat BOV Premier, hekk kif il-UEFA ma ħallietx li Ħamrun jipparteċipaw minħabba każ ta’ korruzzjoni li jmur lura għal tmien snin.
Illum telgħu il-poloz ukoll tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Europa Conference League.
L-avversarji ta’ Birkirkara se jkun it-tim La Fiorita minn San Marino, fejn l-ewwel leg se tintlagħab f’San Marino nhar il-Ħamis tmienja ta’ Lulju, filwaqt li l-leg ta’ ritorn f’Malta se jintlagħab ġimgħa wara.
L-avversarji ta’ Gżira United huma Unio Esportiva Sant Julia tal-Andorra.
Gżira iltaqgħu ma l-istess tim erba’ snin ilu, bit-tim Malti kien ikkwalifika għar-rawnd ta’ wara.
Min-naħa l-oħra Mosta se ikunu qed jibdew l-avventura Ewropea barra minn darhom fis-Slovakkja kontra Spartak Trnava.