F’partita medjokri, speċjalment fit-tieni taqsima, Hibernians sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Sirens.
Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fit-22 minuta meta l-ewwel Jake Grech kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech, biex mir-rebound, Yunusa Owolabi Muritala, spara għoli.
Huma komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara, fetħu l-iskor meta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn YUNUSA OWOLABI MURITALA, li mill-viċin tefa’ l-ballun wara Matthew Grech, biex patta għall-iżball li wettaq fl-azzjoni preċedenti.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Pawlisti u fil-35 minuta, freekick insidjuż ta’ Jake Grech għadda ftit barra.
Dan sabiex fit-38 minuta, xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ta’ Gabriel Izquier Artiles dejjem għat-team minn Raħal Ġdid, ġie salvat minn mal-art bi bravura minn Matthew Grech.
Kien biss fil-75 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti fil-partita, li kienet l-unika azzjoni denja ta’ nota fit-tieni taqsima, b’Sirens iġibu l-iskor indaqs meta xutt angulat ta’ RICARDO CALIXTO CORREA DUARTE bil-goalkeeper tal-Pawlisti Ibrahim Kone imiss il-ballun iżda ma setax jimpedixxi milli l-ballun jintemm ġewwa.
Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota.
Referee: Darryl Agius
Player tal-Logħba: Ali Diakite (Hibernians)