Hibernians FC tilfu l-protest li resqu l-ġimgħa li għaddiet fir-rigward tar-riżultat ta’ 2 – 1 kontra Valletta FC. Ħabbret dan l-MFA dalgħodu fis-stqarrija lil midja.
It-tim minn Raħal Ġdid resqu dan l-protest minħabba ‘techncial error’ hekk kif huma sostnew lir-referee Philip Farrugia saffar tmiem l-ewwel taqsima sekondi qabel iż-żewġ minuti addizzjonali.
Dan ifisser li r-riżultat ta’ 2 – 1 favur Valletta FC jibqa’ dak li hu.