Hibernians rebħu d-69 edizzjoni tal-Meridianbet FA Trophy meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor strett ta’ 2-1, biex b’hekk rebħu din it-tieni kompetizzjoni l-aktar importanti u prestiġjuża fil-futbol Malti għal 11-il darba fl-istorja glorjuża tagħhom.
M’hemmx dubju iżda li detrimentali għal Brkirkara kien il-fatt li kmieni fil-partiat tkeċċa għalihim il-player Alessandro Coppola, biex ħalla lit-tim tiegħu jilagħbu bi player inqas għal aktar minn 75 minuta.
Kienet wirja oħra formidabbli minn Hibernians fejn komplew fejn ħallew fis-semi-finali kontra ċ-champions Hamrun Spartans meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, fejn dakinhar żgur li kieku ma sabux lill-goalkeeper internazzjonali tal-Ispartans Henry Bonello f’vena mill-aqwa, l-iskor seta’ saħansitra kien akbar favurihom.
Din ir-rebħa minn Hibernians fissret ukoll tpattija sportiva fuq Birkirkara hekk kif proprju 10 snin ilu fl-2015, fil-finali kienu l-Istripes li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk kienu rebħu l-FA Trophy.
Barra minn hekk din ir-rebħa fissret ukoll li Hibernians kisbu post fl-Ewropa li jfisser injezzjoni finanzjarja għalihom, bi Sliema Wanderers li għalkemm temmew fir-raba’ post tal-Malta Premier, baqgħu barra mill-Ewropa.
Birkirkara kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Alex Da Paixao Alves li għadu qed jirkupraw minn injury, b’Paul Mbong ma jkunx parti mill-iskwadra tal-Istripes. Min-naħa l-oħra, Hibernians kellhom l-iskwadra kollha disponibbli għalihom.
Daqqa ta’ ħarta kbira għal Birkirkara kmieni fil-partita eżattament fit-13-il minuta meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta id-difensur ċentrali Talajn Alessandro Coppola wara li waqqa’ lil Natha Miullen Felicio Carvalho li kien destinat li jkompli javvanza lejn il-lasti avversarji.
U proprju mill-freekick li rriżulta minuta biss wara, Hibernians fetħu l-iskor meta l-Grieg ILIAS APOSTOLOS MARTINIS venven xutt mill-isbaħ li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Volpe, fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi tal-Pawlisti.
Inkoraġġiti mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar, Hibernians komplew iżidu fil-logħob tagħhom u fis-27 minuta l-iskorer prolifiku Brażiljan Lucas Vilella Lapert venven xutt mid-distanza iżda sab lil Volpe attent.
Iżda Birkirkara ma rmewx ix-xugaman azni wettqu reazzjoni mill-aqwa u fis-37 minuta resqu ferm viċin li jpibu l-iskor indaqs meta ż-żagħażugħ Nichoals James Agius li partita wara l-oħra qed ikompli jimpressjona, kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper Spanjol ta’ Hibernians, Pablo Nino Sanchez, biex salva goal ċert.
Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta, il-captain Alex Satariano indirizza cross għan-nofs li minnu iżda Leandro Lautaro Lacunza ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
U f’botta u risposta, Khevin Rodrigo Fraga għall-Pawlisti ittanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza li iżda ntemm ftit barra.
Fil-50 minuta, Hibernians kienu għoddhom għajtu l-għajta tal-goal għat-tieni darba meta Villela Lapert irċieva pass mix-xellug, dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel spara xutt mill-viċin li sab lil Volpe attent hekk kif dawwar f’corner bi bravura.
Il-partita kompliet tisbieħ u fis-57 minuta Birkirkara reġgħu resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs meta Pablo Leonel Gaitan minn taħt il-lasta sab lil Sanchez attent li bi bravura salva goal ċert.
Iżda kienu Hibernains li kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tieni goal fit-63 minuta meta Lucas Villela Lapert minn pożizzjoni ferm ideali kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm ftit barra.
Madankollu, Birkirkara ġabu l-iskor indaqs fit-72 minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ mid-distanza tal-iskorer prolifiku Brażiljan u l-aqwa skorer tal-Malta Premier bi 23 goal, MAXUEL MAIA, fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Karkariżi, bil-partita tinfetaħ beraħ.
Iżda d-drama fil-partita kienet għadha ma ntemmitx meta fit-80 minuta Hibernians skorjaw il-goal tar-rebħa meta wara li rċieva min corner pinġut tal-awtur tal-ewwel tal-goal, Ilias Apostolos Martinis, KURT SHAW, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viiċn tefa’ ġewwa.
Dan sabiex sitt minuti wara huma tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta Ale De Bruno De Souza Silva indirizza cross preċiż li sab lil Villela Lapert li mill-viċin kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa, b’Birkirkara jeħilsuha ħafif.
Hibernians komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Wara l-partita, il-president tal-MFA Bjorn Vassallo ippreżenta t-Tazza tar-rebbieħa lill- captain ta’ Hibernians, Bjorn Kristensen, fost il-ferħ mistħoqq tal-players, staff u partitarji tat-team minn Raħal Ġdid.
Referee: Malcolm Spiteri