Hibernians F.C. huwa l-unika tim Malti li jikkwalfika għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League meta barra minn xtutna rebħu 2 – 0 għas-spejjeż ta’ F.C. Vaduz. Jurgen Degabriele kien l-eroj tat-tim Pawlist b’żewġ goals; wieħed kull taqsima Fl-stess partita l-Captain Bjorn Kristensen tkeċċa fil-64 minuta logħob.
Fis-Centenary Stadium Valletta F.C. ġew megħluba minn Bala Town F.C. 1 – 0. Fil-38 minuta t-tim minn Wales mar fil-vantaġġ permess tal-Captain Chris Venables. Valletta b’ċans tajjeb li jġibu d-draw meta Taylon twaqqa’ fil-kaxxa iżda Fontanella ra l-konklużjoni tiegħu mill-11 il-metru tiġi salvata f’corner.
Intant, f’partita oħra mill-istess kompetizzjoni, it-tim ta’ Sirens ġew eliminati wara li qalgħu gowl lejn tmiem il-partita meta tilfu ma’ CKSA Sofia mill-Bulgari, bl-iskor ta’ 2-1. Filwaqt li t-tim ta’ Valletta F.C. ġie eliminat ukoll wara li fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali, it-tim Belti tilef bl-iskor ta’ wieħed b’xejn kontra t-tim minn Wales ta’ Bala Town F.C.