Il-Ħadd ġiet fit-tmiema l-25 ġurnata tal-Kampjonat Premier b’Hibernians jersqu viċin iżjed ir-rebħ tal-Kampjonat Premier meta l-Ħadd wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għelbu lill-Gudja United 2 – 0 biex b’hekk fetħu vantaġġ ta’ erba punti fuq Floriana meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem il-Kampjonat Premier.
Rebħa importanti r-reġistrawa Hamrun Spartans meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lill-Gzira United 2 – 0 biex laħqu lill-Birkirkara b’total ta’ 41 punt fit-tielet post tal-klassifika biex kompliet tiħrax il-ġlieda għal post f’kompetizzjoni Ewropeja anke ħabba l-fatt li Birkirkara u Floriana ħadu punt kull wieħed is-sibt fid-draw ta’ mingħajr gowls.
Valletta u Sirens akkwistaw il-punti neċessarji fit-tmiem il-ġimgħa biex b’hekk staġun ieħor ser jerġaw jilgħabu fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti. Valletta ħadu draw ta’ 1 – 1 kontra Balzan b’dawn tal-aħħar f’periklu serju li jiġu relegati għac-Challenge League. Min naħa tagħhom Sirens għelbu bl-skor kbir ta’ 5 – 0 lit-tim relegat ta’ Sliema Wanderers.
Fil-partita l-oħra draw ta’ 1 – 1 bejn Mosta u Santa Lucia biż-żewġ timijiet jidher li ser jibqaw jissieltu sal-aħħar biez jżommu posthom fil-Premier.
Ritratti: Hibernians FC Media / Hamrun S. FC Media