Fix-xahar ta’ Diċembru, Heritage Malta se tkun qed testendi l-ħinijiet ta’ ftuħ fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti – MUŻA. Dan se jsir fi ġranet partikolari, filwaqt li se jkun hemm roħs ta’ 50% fuq il-Multisite Ticket u l-Family Pass.
Il-ħinijiet ta’ MUŻA se jkunu estiżi sad-9:00pm fil-11, fit-12 u fit-13 ta’ Diċembru biex b’hekk fi żmien il-festi tal-Milied wieħed ikollu aktar ħin biex japprezza x-xogħlijiet tal-arti li hemm f’dan il-mużew fil-Belt Valletta.
Il-Multisite Ticket u l-Family Pass matul Diċembru se jkunu jistgħu jinxtraw b’nofs prezz. Dan ifisser li l-Multisite Ticket jinxtara għall-prezz ta’ €25 għall-adulti; €19 għall-anzjani, l-istudenti u konċessjonijiet; u €12.50 għat-tfal. Il-prezz tal-Family Pass (żewġ adulti u żewġt itfal ta’ bejn 6 snin u 17-il sena) matul Diċembru se jkun €55 biss minflok €110.
Iż-żjarat kollha fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta jsiru f’osservanza stretta tar-regolamenti tas-Saħħa Pubblika b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19.
Din hija l-lista sħiħa tas-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta li se jkunu miftuħin f’Diċembru.
L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni se jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9:00am sal-5:00pm.
Mill-Ħamis sal-Ħadd, se jkunu miftuħin dawn il-mużewijiet u siti mill-10:00am sal-4:30pm:
- Il-Forti Sant’Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra.
- Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.
MUŻA (ħinijiet estiżi sad-9.00pm fil-11, fit-12 u fit-13 ta’ Diċembru). - L-Armerija tal-Palazz.
- Il-Forti Sant’Anġlu
- Il-Katakombi ta’ San Pawl
- It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.
- It-Tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat.
- It-Tempji tal-Ġgantija.
- Il-Mitħna Ta’ Kola.
Kull nhar ta’ Tlieta, Sibt u Ħadd, se jkunu miftuħin dawn il-mużewijiet u siti mill-10:00am sal-4:30pm:
- Għar Dalam u Borġ in-Nadur.
- Id-Domvs Romana.
- Il-Palazz tal-Inkwiżitur.
It-Tempji ta’ Ħal Tarxien. - Il-Mużewijiet taċ-Ċittadella u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi.
Għalissa, dawn il-mużewijiet u siti se jibqgħu magħluqin minħabba proġetti li għaddejjin
fihom: - Il-Katakombi Ta’ Bistra
- Iċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-
- Fortifikazzjonijiet.
- Il-Mużew Marittimu.
- Il-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Gran Mastru.
- Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.
Biljetti fl-aħħar ħin jistgħu jinxtraw biss mis-sit.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit: https://heritagemalta.org/