“Hemm rieda tajba biex nimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Sofia.”
Qalet dan Isabelle Bonnici f’kitba fuq Facebook, fejn bla ma rreferiet għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista, faħħret u rringrazzjat lill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard li huwa responsabbli mir-riforma fil-kostruzzjoni, u saħqet kif dan qed jieħu ħsieb li, dak li wiegħed, isir.
Qalet kif jidher li l-Gvern qed jieħu r-rakkomandazzjonijiet bis-serjetà.
Ta’ min ifakkar kif, ftit ġimgħat wara li l-Prim Ministru Robert Abela minnufih ħabbar għadd ta’ inizjattivi marbutin li joħorġu mir-rapport tal-inkjesta, diġa ħarġu żewġ sejħiet pubbliċi ta’ interess għal avukati u periti bil-warrant biex jassistu b’xejn liċ-ċittadini affettwati waqt li jkun qed issir attività ta’ kostruzzjoni biswit ir-residenzi tagħhom.