Dawn jinkludu rikonoxximent minn Din l-Art Ħelwa permezz tal-Medalja tal-Fidda 2016 – l-aqwa unur fil-kategoriji kollha. Il-premju ngħata għall-kontribut distint fil-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika f’Malta. Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella huwa kkunsidrat bħala proġett kbir ta’ riġenerazzjoni. Rikonoxximent ieħor minn Din l-Art Ħelwa kien permezz tal-Prix d’Honneur 2016 (Kategorija A) għall-kontribut distint u sinifikanti għall-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika.
Barra minn hekk, l-istess ċentru ingħata rikonoxximent mill-Kamra tal-Periti permezz ta’ żewġ Malta Architects Award 2016 – wieħed għal binjiet pubbliċi u ieħor għal proġetti ta’ riabilitazzjoni u konservazzjoni. Iċ-Ċentru ngħad li għandu l-aqwa disinni arkitettoriċi f’Malta bil-għan li jispiraw u jinfluenzaw l-istakeholders ewlenin tal-industrija f’Malta biex joħolqu strutturi li jsebbħu u mhux iħassru l-ambjent li jinsabu fih.