Statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika xejriet interessanti fejn jidħol l-użu tal-internet.
Fost affarijiet oħra, joħrġ ċar li l-irġiel Maltin jużaw l-internet mill-mobile milli n-nisa. Dan ġara fl-2015 u anke fl-2016. Għalkemm żdiedu n-nisa li jużaw l-internet mill-mobile, xorta waħda l-użu fost l-irġiel baqa’ għola. Din is-sena innotajna saħansitra kampanji mmirati għan-nisa, speċifikament għall-ommijiet, minn fornituri ewlenin tas-servizzi tat-telefonija u l-internet.
Iżda ma kienx biss fl-użu ta’ mobile internet li ddominaw l-irġiel fl-użu tal-ICT. Jirriżulta li anke fix-xiri tal-affarijiet mill-internet, kienu aktar attivi l-irġiel. Għalkemm kemm l-irġiel u kemm in-nisa naqqsu x-xiri mill-internet is-sena li għaddiet, meta mqabbel ma’ sena ilu. L-istastistika turi li l-aktar li jixtru online il-Maltin huma ħwejjeġ u affarijiet għall-isport, u wara vaganzi.
F’każijiet ta’ bżonn, bħal per eżempju s-servizzi tal-Gvern online, naraw għal darb’oħra aktar irġiel milli nisa jużaw l-internet. Però hawn naqas l-użu tal-irġiel f’temp ta’ sena, u żdied b’mod sinnifikattiv l-użu fost in-nisa.