Se jkunu qed jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-kaloriji f’ikel popolari bħal pizza, burgers u ikel li jkun diġà lest – dan bħala parti mill-ħidma tal-gvern Ingliż biex jiġġieled kontra l-obeżità fit-tfal.
Uffiċjali mis-settur tas-saħħa qalu li jemmnu li din il-bidla hi waħda bżonnjużi dan hekk kif persuni qed jikkunsmaw 200 sa 300 kaloriji aktar milli sippost kuljum.
Din il-bidla jaf tħalli effett billi wieħed se jkun qed jara li l-prodotti jiċkienu ħarira fil-kobor tagħhom jew ingredjenti mibdula fl-ikel u fix-xorb li jinxtraw minn supermarkets, takeawats u kif ukoll ristoranti.
Dawn il-miri huma mistennija li jitwettqu permezz tal-għajnuna tas-Settur tas-Saħħa fl-Ingilterra f’inqas minn sena.
Din il-bidla se tkun qed tingħata bħala għażla li wieħed jista’ jaddatta b’mod volontarju, anke jekk uffiċjali mill-Gvern qalu li jekk l-industrija mhix se tkun qed tirrispondi għal din il-bidla se tkun qed tilleġisla.