Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għal dentisti fil-privat, biex jagħmlu fillings fil-privat.
Dan is-servizz se jkun imħallas mill-Gvern, għal pazjenti li jinsabu fuq il-lista fl-isptar Mater Dei. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fil-Parlament, fi tweġiba Parlamentari għall-mistoqsijiet tal-kelliema tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudette Buttigieg.
F’Marzu li għadda l-UĦM ordnat azzjoni industrijali fit-taqsima tad-dentistrija tal-Isptar Mater Dei, li waslet biex żdiedu n-numru ta’ nies fuq il-lista biex jimlew snienhom.