Dan ħareġ minn stastistika ippublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li tindika wkoll li studenti li kineu qed jieħdu edukeazzjoni formali fis-sena akkademika ta’ bejn l-2014 u l-2015 laħqu s-70,355.
68.4% ta’ dawk li kienu qed jirċievu edukazzjoni, kienu qed jirċevuha minn skejjel tal-istat. 22.5% kienu qed jirċievu edukazzjoni minn skejjel tal-Knisja u 9.1% minn skejjel indipendenti.
55.9% tal-istudenti kienu bniet.
L-ammont ta’ studenti fl-iskejjel primarja żdied b’1.9% filwaqt li dawk li jattendu s-sekondarja naqas b’2.7%. Dan meta tqabbel is-sena skolastika 2014/15 ma’ ta’ qabilha.
L-iktar klassijiet żgħar fl-ammont ta’ tfal li fihom kienu tal-Gvern.
6.7% tal-istudenti kollha li kienu qed jirċievu edukazzjoni formali kienu barranin – żieda ta’1.7 punt perċentwal. Il-maġġoranza tagħhom kienu ġejjin mill-Unjoni Ewropea.