Alios Micallef ta’ 23 sena mill-Birgu ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti akkużat li fil-pussess tiegħu kellu d-droga eroina u kokaina.
Huwa ġie arrestat il-Ħadd, wara jiem ta’ sorveljanza, il-Pulizija segwiet karozza li kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ u ġiet iċċirkondata fi Triq San Lawrenz qrib il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Astrid May Grima tatu l-ħeslien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanżija personali ta’ €10,000, filwaqt li jrid jiffirma l-għassa.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Anthony Tabone.