Sharlon Bugeja ta’ 28 sena mill-Għargħur ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq akkużat li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus.
Wara ġranet ta’ sorveljanza, it-Tnejn wara nofsinhar il-Pulizija wettqu r-rejd f’razzett f’Ħal Għargħur, bil-Pulizija sabet sustanza suspettata droga kokaina kif ukoll madwar ħamsa u erbgħin elf ewro flus kontanti.
Apparti l-akkużat ġew arrestati żewġt irġiel oħra wieħed ta’ wieħed u tletin sena u l-ieħor ta’ tlieta u ħamsin sena.
Bugeja wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxart elef ewro u garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.
Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia and Marion Camilleri.