Żagħżugħ ta’ disgħa u għoxrin sena residenti Bormla, wieġeb ħati li seraq lil anzjana ta’ tlieta u sebgħin sena.
Il-każ ġara fi ix-xahar li għadda f’Ħal Tarxien. Huwa ġie akkużat li seraq il-kartiera ta’ din l-anzjana.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest u l-Qorti ordnat li jsir rapport qabel tagħti s-sentenza.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Stephen Gulia.