Omar Azumi – Ingliż ta’ 40 sena u residenti f’Malta ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li naqas milli jiddikjara li kellu fuqu aktar minn għaxart elef ewro waqt li kien fi triqtu lejn pajjiż ieħor.
Huwa maħsub li l-imputat kellu fuqu madwar €200,000. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u fuq garanzija personali ta’ €15,000.