Raġel ta’ 38 sena minn Ħaż Żabbar ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti wara argument li kellu mal-mara tiegħu.
Il-każ ġara l-Erbgħa waranofsinhar fiż-Żurrieq. Huwa ġie akkużat li inġurija u hedded lil mara tiegħu. Il-koppja għaddejjien bi proċess ta’ separazzjoni.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi.
Il-Qorti tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €150 u garanzija personali ta’ €4,000 u jiffrima fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa. Inħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.
Għall-akkużat deher l-avukat Ishmael Psaila.