Żewġ żgħażagħ Sirjan, Bashar Sheick Ahmad Antar ta’ 18-il sena residenti s-Swatar u Yusef Sheh Ahmad Haled ta’ tmienja u għoxrin sena residenti San Ġwann tressqu l-Qorti wara li ġew mixlija li għamlu ħsarat f’Paceville.
Il-każ ġara s-Sibt l-ewwel ta’ Awissu bejn l-4:00 u s-6:00 ta’ filgħodu barra stabbiliment.
F’filmat li ġie mxandar fuq is-sit Malta today, iż-żgħażagħ dehru f’argument jaħraq barra l-istabiliment.
Huma ġew akkużati ukoll li kisru l-paċi pubblika u li kienu fis-sakra.
Huma wieġbu mhux ħatja.
Il-Maġistrat Victor Axiak tahom il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ erbat elef ewro.
Huma ġew ordnati jiffirmaw l-għassa darbtejn fil-ġimgħa.
Ritratt: MaltaToday