Inħelsu mill-arrest it-tliet żgħażagħ li għal dawn l-aħħar 11-il jum inżammu arrestati b’rabta ma’ kummenti ta’ mibgħeda fil-konfront tal-Pulizija Schembri.
Il-kummenti tpoġġew prorpju jum wara li Schembri ndarab gravi wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 17-il sena. Liema ġuvni qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi 23 akkuża fosthom bl-attentat ta’ qtil ta’ Schemrbi.
Kylie Cutajar ta’ 21 sena minn Santa Venera, Ritmark Borg ta’ 28 sena minn Raħal Ġdid u Josef D’Amato ta’ 24 sena residenti l-Marsa, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom meta tressqu l-Qort.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li Cutajar u D’Amato jinħelsu mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u fuq garanzija personali ta’ €5,000 kull wieħed. Huma ordnati li jiffirmaw tliet darbiet fil-ġimgħa u josservaw il-ħinijiet imposti fuqhom – dik li jkunu d-dar bejn nofsillejl u s-7:00 ta’ filgħodu.
Intant Borg inħeles mill-arrest taħt l-istess kundizzjonijiet iżda fuq garanzija personali ta’ €8,000 u ebda depożitu.
It-tlieta li huma kienu ordnati biex ma jikkomunikawx ma xulxin.