Tliet Bulgari li l-età tagħhom tvarja bejn is-27 sena u t-36 sena u li joqogħdu Malta, ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-qorti b’rabta ma’ allegat serq li jammonta għal kważi kwart ta’ miljun ewro minn stabbiliment tal-logħob f’San Ġiljan.
Il-każ kellu l-bidu tiegħu f’Jannar illi għadda meta uffiċjali tal-istabbiliment għamlu rapport lill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan, illi ħaddiem u żewġ persuni oħra, allegatament kienu qegħdin jaġixxu b’mod suspettuż fejn allegatament kienu qegħdin jirbħu ammont konsiderevoli ta’ flus.
Il-Pulizija bdiet isegwi mill-qrib il-movumenti ta’ dawn it-tliet persuni fejn li l-allegat serq seħħ bejn Ottubru 2017 u Jannar 2020.
Huma wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri.