Il-Prinċep Rumen Paul Philip Al Romaniei, ingħata l-bail mill-Imħallef Edwina Grima wara li xahrejn f’kustodja preventiva.
Paul Lambrino, isem li hu wkoll magħruf bih għandu seba’ u sebgħin sena u mfittex minn pajjiżu biex iservi sentenza ta’ priġunerija b’rabta ma’ korruzzjoni.
F’Mejju Qorti Maltija, kienet ċaħdet it-talba ta’ estradizzjoni lejn ir-Rumanija fid-dawl tar-riskju reali ta’ persekuzzjoni li jaf jaffaċċja, din it-talba imbagħad intlaqgħet minn Qorti oħra aktar tard, b’riżultat ta’ appell mill-Avukat Ġenerali.
Madanakollu, l-avukati tiegħu kienu marru quddiem il-Qorti Kostituzzjonali jargumentaw li jekk l-klijent tagħhom ikun estradit, ikunu qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali.
Il-ħelsien mill-arrest ingħatalu b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma f’għassa darbtejn kuljum, dawn b’depożitu ta’ għoxrin elf ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.