Maltija u erba’ Niġerjani li għandhom bejn 28 u 58 sena, mixlija b’akkużi tal-ewwel każ ta’ romance fraud, inħelsu mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
Fost dawn hemm depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €16,000 u jiffirmaw f’għassa tal-pulizija kuljum. Intqal li b’kollox il-vittma ġiet iffrodata tmienja u ħamsin elf ewro.