Pawlina Cutajar, t’erbgħa u għoxrin ngħatat il-ħelsien mill-arrest war li bidlet massage parlour għal wieħed fejn isir burdell.
ll-Prosekuzzjoni ppreżentat il-flus li nstabu fil-post fejn il-mara kienet tagħmel dawn l-affarijiet illegali. L-Avukat għad-Difiża, Arthur Azzopardi qal li l-Qorti għandha tagħmel rapport qabel ma tagħti s-sentenza. Żied li sakemm issir dan ir-rapport, it-tfajla għandha tieħu l-ħelsien mill-arrest.
Fil-Qorti nstema’ kif il-mara ma kelliex passat faċli u t-tfajla ngħatat il-ħelsien mill-arrest sakemm issir rapport dwar il-każ.