Ingħata l-ħelsien mill-arrest Clayton McKay ta’ 25 sena mis-Siġġiewi wara li tressaq il-Qorti akkużat bil-pussess aggravat tad-drogi eroina u kokaina.
Is-sejba saret ix-xahar illi għadda wara li l-pulizija għamlet tfixxijiet għal splussivi iżda minflok instabu sustanzi illegali.
McKay ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €6,000 u garanzija personali ta’ €10,000, filwaqt li ġie ordnat jiffirma fl-għassa kuljum.