L-eks Surġent tal-Pulizija Cherise Camilleri u Ruud Buhagiar, li kienu tressqu l-Qorti separatament akkużati b’reati serji fosthom ta’ żvelar ta’ informazzjoni interna mill-Korp tal-Pulzija minn investigazzjonijiet li kienu qed isiru fil-qasam tad-droga u rejds li kellhom isiru, ingħataw il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet it-Tlieta.
Minħabba n-natura tal-każ u l-involviment possibbli ta’ persuni oħrajn, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, ordnat li din il-kumpilazzjoni tinstema’ bil-magħluq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kundizzjonijiet imposti fuq l-akkużti jinkludu li jridu jiffirmaw f’għassa darbtejn kuljum, flimkien ma’ depożitu ta’ għoxrin elf ewro u garanzija personali ta’ mitt elf ewro kull wieħed.