B’rabta mal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tnieda helpline fejn wieħed jista’ jsaqsi dwar il-miżuri li tħabbru u kif dawn se jolqtuk.
80072207 huwa n-numru freephone tal-helpline fejn wieħed jista’ jċempel biex jikseb aktar informazzjoni dwar il-miżuri li tħabbru lbieraħ bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni wara l-imxija tal-Coronavirus.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ anki jibgħat email fuq budget@gov.mt