Ħelikopter tat-turisti li fuqu kellu sittax-il persuna, iġġarraf f’għadira fir-Russja.
Fuq il-ħelikopter kien hemm tlettax-il turist, wieħed minnhom minuri u tliet membri tal-ekwipaġġ meta ġġarraf u għereq fl-għadira Kuril.
Uffiċjali tal-Gvern qalu li tmien persuni għadhom ħajjien filwaqt li membri ta’ salvataġġ u għaddassa ntbagħtu jfittxu l-persuni l-oħra.
Aġenziji tal-aħbarijiet Russi qed jirraportaw li l-ħelikopter kien qed iġorr turisti minn Moska u San Pitruburgu hekk kif il-peniżola ta’ Kamchatka hija attrazzjoni popolari.