Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli sostniet l-importanza li flimkien niksbu unjoni ta’ ugwaljanza.
Hija esprimiet dan waqt diskussjoni oħra tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fl-aħħar jum tal-Konferenza li tlaqqgħet f’Malta fejn preżenti kien hawn numru ta’ Membri Parlamentari Ewropej.
Fil-fatt, f’diskussjoni flimkien mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, trade unions u organizzajonijiet tan-nisa, il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli rrimarkat l-importanza tas-sehem ta’ dawn l-entitajiet f’dawn it-tip ta’ diskussjonijiet sabiex tibqa’ tiġi implimentata bidla f’dan il-qasam.
Fid-diskors tagħha, Helena Dalli tkellmet dwar diversi temi differenti fosthom id-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u l-ħidma li għandha ssir f’dan il-qasam sabiex il-pagi jirriflettu qasam tax-xogħol aktar ugwali.
Hija stqarret: “If you want to make a change we need to star a process that brings about a mindshift in the workplace. The pay transparency proposal is an essential building block the Commission is taking on closing the gender pay gap.”
Dr Dalli tkellmet ukoll dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru hekk kif il-pandemija kompliet turi żidiet f’każijiet: “At the same time the Commission will propose to include hate crime and hate speech on the list of euro crimes. This would subsequently allow the Commission to propose criminalising mysoginistic hate speech and hate crime at EU level. ”
Il-Kummissarju Dalli temmet tgħid li l-prinċipju tal-Ugwaljanza għandu jkun ċentrali fil-ħidma tal-Ewropa, issa li tinsab fit-triq ta’ rkupru wara l-pandemija.