Il-Partit Laburista jifraħ lil Helena Dalli għall-mod kif ippreżentat il-viżjoni tagħha għall-ugwaljanza quddiem il-membri tal-Parlament Ewropew.
Il-poplu Malti kollu għandu tassew ikun kburi li Helena Dalli ngħatat din ir-responsabbiltà importanti fil-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Illum Dalli uriet b’mod ċar li tista’ terfa’ bl-aħjar mod il-piż ta’ din il-kariga biex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea mingħajr ebda distinzjoni.
Għal Helena Dalli u l-Partit Laburista l-ugwaljanza hija prinċipju fundamentali u dan deher mill-konvinzjoni fit-tweġibiet li ngħataw fil-Parlament Ewropew fuq it-temi diversi li kienu ippreżentati lilha. Is-smigħ tal-lum kien konferma oħra ta’ kemm kienet għaqlija l-għażla ta’ Helena Dalli għal dan l-irwol.