Fl-istess waqt li Robert Abela kien qed jieħu l-ġurament ta’ Prim Ministru, il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli ħadet il-ġurament bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza.
F’kumment telefoniku li tat lil dan l-istazzjon, Dr Dalli spjegat li l-ħidma inizzjali tagħha hija ffukkata dwar l-indirizzar għad-differenza tal-paga bejn l-irġiel u n-nisa.
Dr Dalli stqarret: “Il-bieraħ ħadna l-ġurament tal-ħatra bħala Kumissarji u komplejna fuq ix-xogħol u ġejna għall-plenarja. Filgħaxija kelli diskussojoni fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u x-xogħol li qed nagħmlu sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.